Skip to main content

Proċess ta’ stabbiliment tal-qasam ta’ politika tal-Unjoni Ewropea

Il-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE

Hemm 3 istituzzjonijiet ewlenin involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE:

  1. il-Parlament Ewropew, li jirrappreżenta liċ-ċittadini tal-UE
  2. il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jirrappreżenta l-gvernijiet nazzjonali
  3. il-Kummissjoni Ewropea, li tirrappreżenta l-interessi ġenerali tal-UE

Il-politiki tal-UE huma tipikament deċiżi permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (li qabel kienet magħrufa bħala l-proċedura ta’ “kodeċiżjoni”). Dan huwa proċess fejn it-tliet istituzzjonijiet ewlenin jaslu għal ftehim dwar il-leġiżlazzjoni. 

Abbozzar tal-liġi tal-UE

Qabel ma tipproponi inizjattivi ġodda l-Kummissjoni tivvaluta l-impatt potenzjali ekonomiku, soċjali u ambjentali li dawn jistgħu jkollhom.

Il-Kummissjoni tagħmel dan billi tħejji rapport imsejjaħ “valutazzjoni tal-impatt” li jistabbilixxi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-għażliet ta’ politika. Il-valutazzjoni tal-impatt tinkludi input minn organizzazzjonijiet nongovernattivi, awtoritajiet nazzjonali u l-industrija, kif ukoll gruppi ta’ esperti li jagħtu pariri dwar kwistjonijiet tekniċi.

L-individwi, in-negozji u l-organizzazzjonijiet jistgħu jipprovdu feedback permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi (kwestjonarji) fuq il-portal tal-Kummissjoni “Semma’ leħnek”.

Il-parlamenti nazzjonali jistgħu formalment jesprimu r-riżervi tagħhom jekk jaħsbu li jkun aħjar li jieħdu ħsieb il-kwistjoni fil-livell nazzjonali milli fil-livell tal-UE.

Aktar dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt

Reviżjoni u adozzjoni

Hekk kif il-Kummissjoni tkun ippreżentat il-proposta tagħha, kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill jirreveduha u jistgħu jipproponu emendi. Tipikament, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni mbagħad jiltaqgħu biex jaraw jekk jistgħux jaqblu dwar sett sħiħ ta’ emendi.

Jekk il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ xi emendi, il-Kunsill jista’ biss jannulla l-oġġezzjoni b’deċiżjoni unanima. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-emendi jbiddlu eċċessivament il-proposta, hija għandha d-dritt li tirtira l-proposta tagħha.

Jekk it-tliet istituzzjonijiet ma jaqblux dwar test finali komuni, isir it-tieni qari.

Matul it-tieni qari, il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jipproponu aktar emendi. Il-Parlament jista’ wkoll jimblokka l-proposta jekk ma jkunx jista’ jaqbel mal-Kunsill.

Jekk il-Parlament u l-Kunsill jaqblu dwar l-emendi, il-proposta tista’ tiġi adottata. Jekk ma jaqblux, jitwaqqaf kumitat ta’ konċiljazzjoni biex jipprova jsib soluzzjoni. Kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill jistgħu jimblukkaw il-proposta matul dan l-istadju finali tat-tieni qari.

Proposta tiġi adottata fil-liġi meta l-Parlament u l-Kunsill jaqblu dwar test konġunt, u tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.

Proċedura leġiżlattiva ordinarja

Spjegazzjoni pass pass tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja – fejn il-Parlament jgħaddi l-liġijiet flimkien b’mod konġunt mal-Kunsill – u lista ta' liġijiet preċedenti li saru b'din il-proċedura.

Proċeduri leġiżlattivi speċjali

Spjegazzjoni ta’ kif il-Parlament u l-Kunsill jaħdmu flimkien skont il-proċeduri ta’ approvazzjoni u ta’ konsultazzjoni.

Tipi ta’ leġiżlazzjoni tal-UE 

Ara s-sessjonijiet diretti tal-Parlament Ewropew

Segwi is-sessjonijiet diretti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segwi t-tfassil tal-liġijiet

Kulħadd jista’ jsegwi l-iżvilupp tal-liġijiet proposti tal-UE matul il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet, mill-ippjanar u l-adozzjoni sal-implimentazzjoni u r-reviżjoni.

Aktar dwar it-tfassil ta’ liġijiet traċċabbli

Fittex proċeduri leġiżlattivi.

Involvi ruħek fit-tfassil tal-liġijiet

L-aġenda tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar tippermetti li l-individwi, in-negozji, il-partijiet ikkonċernati, l-awtoritajiet nazzjonali u organizzazzjonijiet oħra jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika tal-UE. Tista’ ssemma’ leħnek permezz ta’

Ipparteċipa, interaġixxi, ivvota