Mur għall-kontenut ewlieni

Fatti u ċifri dwar l-għajxien fl-Unjoni Ewropea

Daqs u popolazzjoni

L-UE tkopri aktar minn 4 miljun km² u għandha 448.4 miljun abitant. Skont l-erja tal-wiċċ, Franza hi l-akbar pajjiż tal-UE u Malta l-iżgħar wieħed.

Sors: Eurostat

 

Sors: Eurostat

Standards tal-għajxien

L-istandards tal-għajxien jiġu kkalkulati billi jitkejjel il-prezz ta’ ċerti oġġetti u servizzi f’kull pajjiż meta mqabbel mad-dħul f’dak il-pajjiż. Dan isir bl-użu ta’ munita nazzjonali komuni msejħa l-istandard tal-kapaċità tal-akkwist (PPS). It-tqabbil tal-prodott domestiku gross (PDG) għal kull abitant fil-PPS jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-istandards tal-għajxien madwar l-UE.

Sors: Eurostat

Fl-2018, il-PDG tal-UE-27 kien jirrappreżenta 18.6% tal-PDG dinji, espress fi prezzijiet attwali. L-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu l-akbar ekonomiji l-oħrajn tad-dinja, b’ishma ta’ 24.0% u 15.9% rispettivament. Il-Ġappun kien ir-raba’ l-akbar ekonomija, b’5.8% tal-PDG globali, segwit mir-Renju Unit u l-Indja.

Sors: Eurostat

Edukazzjoni

L-ammont ta’ flus li jonfoq kull pajjiż tal-UE fuq l-edukazzjoni jvarja. L-iskambji tal-istudenti fl-UE huma organizzati permezz tal-programm Erasmus, li għen lil aktar minn 4 miljun persuna jistudjaw u jitħarrġu barra minn pajjiżhom bejn l-2014 u l-2020.

Sors: Eurostat

Barra minn hekk, l-UE tinkoraġġixxi b’mod attiv lill-istudenti biex jitgħallmu lingwi ġodda minn età bikrija, peress li ż-żieda fil-mobbiltà twassal għal aktar kuntatt ma’ persuni minn pajjiżi oħrajn.

Sors: Eurostat

Enerġija u trasport

L-enerġija minn sorsi rinnovabbli kompliet tikber fl-UE f’dawn l-aħħar snin. Is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fl-UE jinkludu l-enerġija mir-riħ, l-enerġija solari, l-idroenerġija, l-enerġija mill-marea, l-enerġija ġeotermali, il-bijofjuwils u l-partijiet rinnovabbli tal-iskart.

Sors: Eurostat

Sistema tat-trasport effettiva hi vitali għan-negozji u n-nies tal-UE. Il-politika tat-trasport tal-UE tħeġġeġ ivvjaġġar nadif, sikur u effiċjenti fl-Ewropa kollha.

It-trasport bħalissa jammonta għal kwart tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-UE. L-UE qed tfittex tnaqqis ta’ 90% f’dawn l-emissjonijiet sal-2050. Iċ-ċaqliq lejn trasport aktar sostenibbli jfisser li n-nies jingħataw l-importanza li tixraqilhom billi jiġu pprovduti b’alternattivi aktar tajbin għas-saħħa, aktar nodfa u aktar affordabbli.