Mur għall-kontenut ewlieni

Fatti u ċifri dwar l-istruttura tal-Unjoni Ewropea

Pajjizi tal-Unjoni Ewropea

Fl-1951, sitt pajjiżi (il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u n-Netherlands) waqqfu l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. Fl-1958, din saret magħrufa bħala l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE), u isimha nbidel għall-Unjoni Ewropea fl-1993.

Matul is-snin, 22 pajjiż ieħor issieħbu mas-6 oriġinali.

Fl-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-UE.

Bħalissa l-UE għandha 27 pajjiż membru, u għandha 24 lingwa uffiċjali.

Il-pajjiżi kollha tal-UE fil-qosor

Mapep storiċi u ġeografiċi attwali

 

Pajjiżi li jużaw l-euro

L-euro hu l-munita uffiċjali ta’ 20 pajjiż tal-UE. Dawn il-pajjiżi huma magħrufa bħala ż-żona tal-euro.

Liema pajjiżi jużaw l-euro?

 

Membri taż-żona Schengen

Mill-1985 ’l hawn, iż-żona Schengen tippermetti lin-nies u lin-negozji jivvjaġġaw u joperaw mingħajr kontrolli fil-fruntieri. Bdiet f’Ġunju 1985 b’5 pajjiżi. Illum fiha 23 pajjiż tal-UE u 4 pajjiżi mhux tal-UE.

Il-pajjiżi ta’ Schengen saħħew ukoll is-sigurtà mal-fruntiera esterna komuni tagħhom.

Il-Kosovo*: Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

Baġit u nfiq tal-UE

Il-baġit tal-UE hu ffinanzjat minn perċentwal tal-introjtu nazzjonali gross ta’ kull pajjiż membru, kif ukoll minn sorsi oħra. Il-pajjiżi tal-UE jiddeċiedu d-daqs ta’ dan il-baġit, u kif jiġi ffinanzjat.

“Riżorsi proprji” (bħal dazji, imposti, VAT u kontribuzzjonijiet nazzjonali) jammontaw għal madwar 98% tal-baġit tal-UE. It-2% tad-dħul tal-baġit li jifdal jiġi minn sorsi oħrajn ta’ dħul.

Il-baġit fit-tul jistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ nfiq fit-tul tal-UE u l-limiti tal-infiq. Jiffinanzja oqsma bħall-promozzjoni tal-impjiegi, l-iżvilupp reġjonali, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-ambjent. Dan jiġi deċiż b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill u l-Parlament. Il-Kummissjoni Ewropea hi responsabbli għall-infiq ta’ dan il-baġit.

Il-baġit fit-tul tal-UE

Baġit fit-tul tal-UE għall-2021-2027 u n-NextGenerationEU

Membri tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew hu magħmul minn 705 membri (MEPs) eletti fis-27 pajjiż tal-UE. Il-membri tal-PE jiġu eletti għal mandat ta’ ħames snin. L-elezzjonijiet huma b’rappreżentanza proporzjonali, u s-siġġijiet huma bbażati fuq il-popolazzjoni ta’ kull pajjiż. Il-Parlament Ewropew jorganizza l-laqgħat tal-kumitat tiegħu fi Brussell u s-sessjonijiet plenarji tiegħu fi Brussell u fi Strasburgu. L-amministrazzjoni tal-Parlament tinsab fil-Lussemburgu. Il-Parlament jibgħat ukoll delegazzjonijiet f’reġjuni barra mill-UE.

Sib MEPs skont il-pajjiż

Distribuzzjoni tas-siġġijiet skont il-pajjiż

Distribuzzjoni tas-siġġijiet skont il-grupp politiku